It-Temp illum
 
illum:
L-Aħħar aġġornament sar: 10 ta' Mejju, 2011


Kunsilli Lokali

IL-GVERN JGĦIN LILL-KUNSILLI LOKALI BIEX IWETTQU PROĠETTI FINANZJATI MILL-UE

F’sentejn kienu allokati qrib il-miljun ewro għal 42 proġett differenti

Il-Gvern qed jgħin fit-twettiq ta’ proġetti tal-Kunsilli Lokali li għalihom ikunu kisbu finanzjament Ewropew.  Tul is-sentejn u nofs li għaddew il-Fond ta’ Ko-Finanzjament għall-Kunsilli Lokali għen 42 proġett differenti b’€908,000.

RIĠENERAZZJONI F’OQSMA TA’ BINJIET TAL-GVERN

Ħdax-il-Kunsill Lokali iffirmaw ftehim mal-Awtorita’ tad-Djar biex jingħataw fondi biex isir titjib fil-partijiet komuni ta’ binjiet tal-Gvern, biex jissebbaħ l-ambjent taż-żona u biex isiru programmi edukattivi għall-komunitajiet li jgħixu fihom.

Il-proprjeta pubblika għas-servizz tal-lokal

“Permezz tad-devoluzzjoni tal-art pubblika l-Gvern itenni l-fiduċja tiegħu fil-Kunsilli Lokali filwaqt li jiżgura li l-wirt storiku ta’ pajjiżna jintuża bl-aqwa mod possibbli.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum waqt ċerimonja ta’ devoluzzjoni li fiha għadda it-Torri tal-Istandard, il-Ġnien tas-Sindku u shelters taħt l-art, lill-Kunsill Lokali Mdina.

Kunsill  Lokali Qala jibenefika minn € 197,638 permezz tal-Pjan ta’ l-Izvilupp Rurali 2007-2013

Fuq rakkomandazzjoni tal-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali l-Kummisjoni Ewropea ghada kemm approvat l-allokazzjoni ta’ fondi sabiex l-progett propost mill-Kunsill Lokali Qala bl-isem – ‘Exploring and Improving Qala’s quality of life through Heritage Trail’ taht Mizura 313 jkun jista jigi mwettaq.

Proġetti tal-Kunsill Lokali Ħal Qormi finanzjati b’diversi skemi tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali

Il-Kunsill Lokali Ħal Qormi qed igawdi minn diversi inizjattivi u skemi tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Permezz ta’ dawn l-iskemi, il-Kunsill Lokali Ħal Qormi rċieva madwar €109,200 addizzjonali għall-allokazzjoni finanzjarja annwali.

Kunsilli Lokali jiġġeneraw 163 tunnellata ta’ Co2 anqas fis-sena u jnaqqsu l-konsum tad-dawl b’125,000 ewro

33 inizjattiva oħra permezz tal-Iskema għall-Enerġija Alternattiva

44 Kunsill Lokali qed jiffrankaw 125,000 Ewro f’konsum tad-dawl fis-sena u qed jiġġeneraw 163 tunnellata ta’ CO2 anqas fis-sena. Dan grazzi għall-proġetti li wettqu u li kienu jinvolvu l-istallazzjoni ta’ pannelli foto-voltaiċi jew solar water-heaters. Dawn il-proġetti saru bl-għajnuna finanzjarja tal-Iskema għall-Enerġija mħaddma mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali.

9 ta’ Marzu, 2009

“Il-Kunsilli Lokali huma mpenjati bis-sħiħ favur l-użu aħjar tal-enerġija u dan qed jixħduh kemm permezz tal-parteċipazzjoni qawwija tagħhom fil-kampanja Switch, kif ukoll permezz tal-inizjattivi ambjentali li qegħdin jieħdu individwalment.”

3 ta’ Marzu, 2009

Il-Partit Laburista  jiddeplora bil-qawwa kollha l-att vandalu u kodard li sar fuq il-vettura privata tal-Vici Sindku u Kunsillier ta’ Pembroke Alfred Mazzitelli.
   

Oħrajn
 
 

kull dritt riservat: Ahbarijiet Maltin