|
|
Aħbarijiet Internazzjonali |
|
|
|
21 ta’ Marzu, 2009
Josef Fritzl (ritratt), l-enġinier li qafel lil bintu għal 24 sena sħaħ f’kantina taħt id-dar tiegħu ngħata sentenza ta’ għomor maqful fi sptar psikjattriku. |
|
|
|
|
27 ta’ Frar, 2009
L-Istat Awstraljan ta' Victoria reġa' jinsab mhedded minn nirien qawwija li qed jeqirdu l-kampanja. Bħala prekawzjoni, l-awtoritajiet għalqu 200 skola, hekk kif id-direzzjoni tan-nirien saret imprevedibbli minħabba r-riħ li qed jaħkem. S'issa n-nirien qed ikopru żona ta' aktar minn 1,000 km.
|
|
|
|
|
26 ta’ Frar, 2009
Madwar 50 persuna huma maħsuba li nqatlu waqt irvell minn sezzjoni ta' truppi fil-Bangladesh. Is-sitwazzjoni qed terġa' lura għan-normal wara li l-Prim Ministru Sheikh Hasina offriet amnestija ġenerali jekk it-truppi iċedu l-armi. Filwaqt li normalment, irvell minn xi forzi armati jkun għal raġunijiet politiċi, fosthom bi ħtif għall-poter, |
|
|
|
|
26 ta’ Frar, 2009
Il-Polonja se tibda taħditiet immedjati mal-Unjoni Ewropea biex taddotta l-munita ewro.
Uffiċjal tal-Gvern Pollakk kien ikkwotat fis-sens li l-Gvern ta' Varsavja qed timmira biex jissieħeb fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju imsejjaħ ERM2 sa Mejju jew Ġunju li ġej meta hu maħsub li l-Polonja jkollha wkoll il-munita ewro sal-2012.
|
|
|
|
|
22 ta’ Frar, 2009
L-oppożizzjoni ċentru-xellug fl-Italja ħatret il-mexxej il-ġdid minflok Walter Veltroni. Dan se jkun Dario Franceschini.
|
|
|
|
|
21 ta’ Frar, 2009
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Hilary Clinton sejħet għal koperazzjoni akbar bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina fl-ewwel żjara tagħha f'dan il-pajjiż minn mindu ħadet din il-kariga.
Clinton qalet dan wara laqgħat li kellha mal-Ministru tal-Affarijiet barranin Ċiniż Yang Jei chi.
|
|
|
|
|
19 ta' Frar, 2009
Il-General Motors ħabbret li kienet se tagħti s-sensja lil 47,000 ħaddiem minn madwar id-dinja, hekk kif anki din il-kumpanija tal-karozzi ħasset l-effetti tal-kriżi ekonomika internazzjonali. Din il-kumpanija Amerikana qalet li 26,000 sensja se jkunu minn fabbriki li għandha barra mill-Istati Uniti. Il-General Motors qalet li aktarx se jkollha bżonn sal-2011, 30 biljun dollaru Amerikan f'għajnuna mill-Gvern Amerikan biex tevita milli tfalli.
|
|
|
|
|
19 ta’ Frar, 2009
Spiċċa kollox b'wiċċ il-ġid għal 18-il persuna li kienu abbord ħelikopter fuq iż-żona ta' Aberdeen, fir-Renju Unit. Il-ħelikopter, li kien qed iġorr lit-18-il persuna, ġarrab xi problemi tekniċi f'salt bil-konsegwenza li dan kellu jitniżżel għal fuq il-baħar, bir-riskju ta' ħajjet dawk abbord. Il-persuni abbord kellhom jitwasslu fuq xogħolhom, relatat mal-estradizzjoni taż-żejt,
|
|
|