|
|
|
IL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-KTIEB 2011 ICCELEBRAT F’GHAWDEX |
Għall-erbatax-il sena konsekuttiva, il-Librerija Pubblika ta’ Għawdex b’koordinament mal-Gozo College Rabat Primary Literacy Unit fakkret il-Jum Internazzjonali tal-Ktieb permezz ta’ sensiela ta’ attivitajiet. Dawn laħqu l-qofol tagħhom dalgħodu bi programm imżewwaq li kien jinkludi l-inawgurazzjoni ta’ wirja ta’ kotba ġodda mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. |
|
|
|
Jum il-Bizzilla f’Għawdex |
Għall-ħmistax-il sena konsekuttiva, il-Kampus tal-Università f’Għawdex tella’ l-Gozo Lace Day, avveniment annwali li għandu l-għan li jippromwovi u jkattar l-informazzjoni dwar ix-xogħol tal-bizzilla. L-edizzjoni ta’ din is-sena kienet tinkludi wirja ta’ xogħlijiet maħdumin b’din is-sengħa flimkien ma’ disinji magħrufa bħala xempji li fuqhom jinħadmu x-xogħlijiet. Kien hemm ukoll min kien qed jaħdem il-bizzilla fuq il-post. |
|
|
|
30 ŻIEMEL MINN MALTA GĦAT-TIENI EDIZZJONI TAL-GOZO EQUINE CUP BIL-FINALI FL-1 TA’ MEJJU |
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika u l-Gozo Horse Racing Assocation, għat-tieni sena konsekuttiva, qed jorganizzaw il-Gozo Equine Cup. L-edizzjoni tal-2011 se ssir fuq jumejn. Il-Ħadd 17 ta’ April isiru l-heats filwaqt li l-finali jsiru l-Ħadd l-1 ta’ Mejju. Iż-żewġ meetings jibdew fis-2pm. |
|
|
|
LEJLET LAPSI NOTTE GOZITANA 2011 – NIĊĊELEBRAW LIL GĦAWDEX |
Il-ħames edizzjoni tal-attività ferm popolari Lejlet Lapsi Notte Gozitana, imtella’ mill-Ministeru għal Għawdex, se tinżamm bejn il-Ġimgħa 3 u l-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2011.
“Għawdex iħares ‘il quddiem b’ħerqa biex iwassal din l-attività ferm popolari li tiġbed lejha familji u żgħażagħ minn Malta u Għawdex. |
|
|
|
Mixjiet mal-kosta u l-irdum tax-Xlendi fil-weekend tal-Għid il-Kbir |
Maltin u Għawdxin qed ikunu mistiedna jattendu għal attivitajiet ta’ trekking, jew mixjiet mal-kosta u l-irdum tax-Xlendi, bħala parti minn inizjattiva favur aktar attività fiżika. Din l-inizjattiva qed tittieħed mill-Kumitat Amministrattiv tax-Xlendi bl-għajnuna tal-Iskema Inizjattivi Sportivi 2011 imħaddma mis-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali u mill-Kunsill Malti għall-Isport. |
|
|
|
TAPPA F’GĦAWDEX GĦAĊ-ĊIKLISTI TAL-BETFAIR TOUR TA’ MALTA |
F’Għawdex inżammet it-tielet tappa tal-Betfair Tour ta’ Malta, li sar fuq iċ-ċirkwit fil-limiti magħrufa bħala ta’ Xħajma fin-Nadur, Għawdex. Iċ-ċirkwit ta’ Għawdex reġa’ ġie nkluż għat-tieni sena konsekuttiva fit-Tour ta’ Malta organizzat mill-Malta Cycling Federation, wara li kien inqata’ għal xi snin. |
|
|
|
ĠIMGĦA T’ATTIVITAJIET IŻŻID L-GĦARFIEN DWAR KARRIERI FIT-TURIŻMU F’GĦAWDEX |
F’Għawdex qed tinżamm għat-tielet sena konsekuttiva dik li ġiet imsejħa ‘Navigate...a career in tourism week’. Din hija inizjattiva promossa mill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex bil-għan li studenti Għawdxin jiksbu aktar għarfien u jsiru midħla ta’ opportunitajiet ta’ xogħol offruti mis-settur turistiku f’Għawdex stess. |
|
|
|
PROĠETT TA’ TITJIB FIL-ĠNIEN VILLA RUNDLE FIR-RABAT GĦAWDEX |
Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono żaret il-ġnien Villa Rundle fil-belt Victoria fejn bħalissa jinsabu għaddejjin xogħlijiet marbuta mal-proġett ta’ titjib estensiv, li qed isir b’kofinanzjament mill-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali taħt il-Programm Operattiv 1 tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007 – 2013. |
|
|
|
|
|
Partita ta’ ħbiberija internazzjonali f’Għawdex |
Il-Gozo Stadium fix-Xewkija Għawdex ospita logħba ta’ ħbiberija bejn it- timijiet nazzjonali ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Malta u l-Ungerija. Din il-logħba kienet possibbli permezz ta’ kollaborazzjoni sħiħa bejn il-Malta Football Association (MFA) u l-Gozo Football Association (GFA) ankè fl-isfond tat-titjib sostanzjali fil-faċilitajiet li joffri dan l-istadium li issa jippermetti li jiġu organizzati parititi ta’ dan il-livell. |
|
|
|
|
|
|
|
JIŻDIED L-ISPAZJU GĦAT-TAGĦLIM FIL-KAMPUS TAL-UNIVERSITÀ F’GĦAWDEX |
Fil-Kampus tal-Università f’Għawdex qed jiżdied aktar spazju għat-tagħlim biex b’hekk ikun jista’ jakkomoda lin-numru dejjem jiżdied ta’ studenti adulti li qed jagħżlu li jsegwu wieħed mill-korsijiet offruti f’dan il-kampus matul is-sena. Dan permezz ta’ żewġ swali ġodda li qed itejbu sostanzjalment il-faċilitajiet ġewwa dan il-kampus li issa ilu joffri s-servizzi tiegħu f’Għawdex għal kważi għoxrin sena.
|
|
|
|
Għawdex ifakkar il-Jum Internazzjonali għall-Volontarjat |
Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin qed ifakkar il-Jum Internazzjonali għall-Volontarjat permezz tal-Gozo International Voluntary Event (GIVE). Dan l-avveniment, li qed ikun mifrux fuq tlett ijiem, bejn il-Ħadd 28 ta’ Novembru u l-Erbgħa l-1 ta’ Diċembru 2010, għandu l-għan li jesponi u jippromwovi l-ħidma siewja |
|
|
|
|
|
|
30 ta’ Novembru, 2009
Wara li ilu aktar minn għaxart’ijiem idur fi bliet u rħula f’Malta, Ġuġinu, il- mascot uffiċċjali tal-Kummissarju għat-Tfal, qasam il-fliegu u qatta’ jumejn jiltaqa’ mat-tfal f’Għawdex. Id-Dawra ta’ Ġuġinu qed tiġi organizzata mill-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal f’Malta bħala ċelebrazzjoni ta’ l-għoxrin anniversarju |
|
|
|
|
23 ta' Novembru, 2009
l-vizjoni tal-Partit Laburista ghal Ghawdex hija li din il-Gzira tista’ tkun il-mutur ekonomiku li jixpruna lill-pajjizna. Mutur li mhux johloq ix-xoghol mhux biss ghall-Ghawdxin f’Ghawdex imma anke ghall-Maltin. U c-cavetta ghall-holqien tal-impjiegi kemm f’Ghawdex huwa t-turizmu.
|
|
|
|
|
20 ta’ Marzu, 2009
Il-Banif Bank fetaħ l-ewwel fergħa tiegħu f’Għawdex. L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, inawgurat din il-fergħa ġdida li tinsab fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat.
|
|
|
|
|
6 ta’ Marzu, 2009
Bħala Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, nixtiequ nesprimu d-dispjaċir tagħna għal dak li ġara fil-Karnival tan-Nadur, Għawdex, ukoll minn xi nies li ġew apposta għalhekk.
|
|
|
|
|
5 ta’ Marzu, 2009
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono ltaqgħet fil-Ministeru ghal Għawdex, mad-Deputat Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Komunikazzjoni Panayotis Carvounis, flimkien mal-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Joanna Drake. Din il-laqgħa saret bħala parti mill-programm taż-żjara li Panayotis Carvounis qed jagħmel f’Malta.
|
|
|
|
|
4 ta’ Marzu, 2009
Fl-okkażjoni ta' għeluq it-80 sena tal-Isqof Emeritus Nikol Cauchi, l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech waqqaf Fondazzjoni li ġġib ismu. It-twaqqif tal-Fondazzjoni tħabbar waqt Pontifikal li sar fil-Kattidral ta' Għawdex, bħala radd ta' ħajr għall-Isqof Cauchi.
|
|
|
|
|
20 ta’ Frar, 2009
“Illum il-ġurnata, il-problemi taċ-Cittadella ta’ Għawdex qed jiġu indirizzati bis-serjeta’ u b’mod holistiku biex b’hekk jikber il-ħarsien, il-konservazzjoni u l-użu aħjar ta’ dan il-monument storiku f’Għawdex. Dan sar possibbli permezz ta’ fondi li pajjiżna qed igawdi minnhom wara li sar membru tal-Unjoni Ewropea”. Dan qalitu l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fiċ-Cittadella u li fiha ngħata tagħrif dwar il-proġett tal-Master Plan għall-istess Cittadella.
|
|
|
|
| |
|