|
|
|
Appoġġ għal proposti dwar inforzar tal-liġi transkonfinali fl-UE |
Wara ftehim mill-Ministri tat-Trasport f’laqgħa li saret fi Brussells, is-sewwieqa se jiġu ppenalizzati għall-ksur tar-regoli tat-traffiku li jikkomettu barra minn pajjiżhom. Dawn jinkludu l-erba’ “qattiela kbar” li jikkawżaw 75 % tal-imwiet fit-toroq – il-veloċità eċċessiva, in-nuqqas ta’ waqfien għad-dwal tat-traffiku, in-nuqqas tal-użu taċ-ċintorin tas-sigurtå u s-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol.
|
|
|
|
|
|
Is-Sena Ewropea Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: |
Żewg avvenimenti importanti tas-Sena Ewropea 2010 għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali għadhom kemm kienu organizzati fi Brussels. It-tnejn taw xhieda tal-importanza ta’ solidarjetà fost iċ-ċittadini Ewropej bil-għan li jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. |
|
|
|
|
|
|
28 ta’ Marzu, 2009
Minn stħarriġ fost il-pajjiżi membri tal-UE dwar il-kundizzjonijiet tal-għixien, irriżulta li l-akbar problema fir-residenzi Maltin hija t-tniġġis. |
|
|
|
|
13 ta’ Marzu, 2009
Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru, fl-Elezzjonijiet Ewropej li se jsiru f’Ġunju li ġej, 59 fil-mija tan-nisa Maltin qegħdin jippjanaw li jivvotaw skont l-esperjenza tal-kandidati b’rabta mal-kwistjonijiet Ewropej. Għaxra fil-mija beħsiebhom jivvotaw skont l-orjentazzjoni politika tagħhom u seba’ fil-mija se jivvotaw skont kemm ikunu familjari l-kandidati. Għalkemm wieħed fil-mija biss beħsiebhom jivvutaw skont is-sess tal-kandidati, mill-istudju ħareġ li iktar minn nofs in-nisa Maltin jemmnu li l-politika hija ddominata mill-irġiel. |
|
|
|
|
13 ta’ Marzu, 2009
L-Unjoni Ewropea tikkonferma li l-Gvern Nazzjonalista baqa’ ma zammx mal-weghdi tieghu biex isolvi l-problema tal-waiting lists esagerati ghall-operazzjonijiet. L-Unjoni Ewropea qed tghid li minn dak li wieghed li se jaghmel il-Gvern fil-konfront tal-waiting lists ma sar xejn. Glenn Bedingfield sostna li din mhux l-ewwel darba din is-sena. |
|
|
|
|
12 ta’ Marzu, 2009
Fil-Berġa ta’ Kastilja dan l-aħħar kien iffirmat ftehim bejn is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni, Dr Chris Said, u l-Kap tal-MEUSAC, Dr Vanni Xuereb, f’isem il-Malta EU-Steering and Action Committee u s-Sur Panayotis Carvounis, Deputat Direttur Ġenerali fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u Dr Joanna Drake |
|
|
|
|
1 ta’ Marzu, 2009
Fejn jidħlu l-fondi tal-Unjoni Ewropea pajjiżna hu meqjus bħala wieħed mill-aktar pajjiżi li għamlu użu tajjeb minn dawn il-fondi u li sfruttawhom kif imiss. B’riżultat ta’ din l-effiċjenza fl-użu ta’ dawn il-fondi Ewropej, għall-Programm Youth in Action, hadna 282,509 ewro fl-2003 u 1,055,494 ewro is-sena li għaddiet filwaqt li għall-programm tal-Lifelong Learning fl-2003 |
|
|
|
|
27 ta’ Frar, 2009
Il-Gvern ma jistax jibqa’ jirrifjuta li jrodd lura l-VAT fuq ir-registrazzjoni tal-Karozzi li gabar b’mod illegali minghand il-konsumaturi mill-2004 ‘l hawn. Din is-sitwazzoni mhux biss hija inaccettabli imma wahda ta’ ghajb, b’mod partikolari issa li anke l-Kummissjoni Ewropea kkonfermat din l-illegalita’.
|
|
|
|
|
25 ta’ Frar, 2009
Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-Gvern irid jaghti lura l-ammont dovut mit-taxxa tal-VAT fuq ir-registrazzjoni tal-karozzi ghal kull min xtara karozza minn Mejju 2004 ‘il hawn.
|
|
|
|
|
24 ta’ Frar, 2009
“Gvern Nazzjonalista mhux qed ikun kapaci jgib il-fondi li pajjizna huwa intitolat ghalihom mill-Unjoni Ewropea. Xi haga hazina hemm u sal-lum hadd ghadu ma wiegeb ghal din l-inkompetenza”. Sostna dan il-Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Affarijiet Barannin it-tabib George Vella meta kien qed jindirizza laqgha ta’ diskussjoni “Direzzjoni Success: Nemmnu Nahdmu Nirnexxu” f’Villa Bighi l-Kalkara.
|
|
|
|
|
21 ta’ Frar, 2009
L-Onor. John Dalli, Ministru għall-Politika Soċjali llum nieda żewġ programmi kbar b’fondi mill-Unjoni Ewropea. Permezz ta’ dawn iż-żewġ programmi, li se jkunu qed jaħdmu sas-sena 2013, l-ETC se tkompli tinvesti fir-riżors uman billi tinvesti fil-motivazzjoni ta’ min qed ifittex ix-xogħol u ttejjeb il-kapaċitajiet ta’ min hu diġa` f’impjieg.
|
|
|
|
|
20 ta’ Frar, 2009
F’Malta llum tnieda l-programm tal-UE “Erasmus for Young Entreprenurs”. Dan huwa programm ġdid ta’ skambju ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea li tnieda fil-pajjiżi Membri kollha fl-istess jum.
|
|
|
|
| |
|