It-Temp illum
 
illum:
L-Aħħar aġġornament sar: 26 ta' Frar, 2009


Arti u Kultura

26 ta’ Frar, 2009

Minkejja d-diżappunt li kell­hom it-Tlieta minħabba li l-mal­temp ħassrilhom il-festi tal-aħ­ħar, id-dilettanti tal-Karnival żgur li għandhom għalxiex iħos­su­hom ixxortjati fejn snin oħ­rajn. B’mod ġenerali, meta wieħed jik­kunsidra t-taqtigħ il-qalb li jgħaddu minnu ta’ kull sena, din is-sena t-temp kien wieħed ħa­nin u għen ħafna biex kellhom Karnival mill-aqwa.

22 ta’ Frar, 2009

Għal ħafna l-Binġemma huwa post imwarrab, deżolat u xejn għajr isem marbut ma' medda art ta' ftit importanza bejn l-Imġarr u ż-Żebbiegħ. Imma bħal bnadi oħra f'Malta din il-medda t'art "ta' ftit importanza" għandha l-istorja tagħha, li għalkemm kwieta hija interessanti wkoll. Erin Serracino Inglott hu ta' l-opinjoni li l-kelma Binġemma ma tfissirx 'Iben Ġemma' bħalma aktarx naħsbu imma pjuttost 'Wied Mimli' jekk wieħed jifli l-binja tal-kelma mnissla mill-Għarbi. Hemm tliet postijiet oħra, jgħidilna l-istudjuż, li għandhom l-isem Binġemma, u kollha jinsabu fuq art għolja.

22 ta’ Frar, 2009

L-istorja tgħid li l-Konti qabel ma reġa Sqallija ta biċċa mill-istandard tiegħu lill-Maltin li min-naħa tagħhom ħalfu fedelta lejħ. Storja oħra tirrakonta li l-ambaxxaturi ta' pajjiżna marru quddiem ir-re Alfonzu ta' Aragona fl-1428 biex iqiegħdu quddiemu l-qagħda ta' pajjiżna taħt id-diversi ħakkiema li dan l-aħħar re kien qiegħed jafdahom b'Malta, ir-re wera d-dispjaċir tiegħu u għalhekk l-ambaxxaturi talbu li jagħti lill-gzejjer tarka. Hu ippunta lejn sidru (ilbiesu kienu bojod) u lejn il-mantel (li kien aħmar), żewġ kuluri li kienu ta' familtu. Hu tahom il-jedd li jużaw dawn iż-żewġ kuluri f'bandiera ta' Malta.

19 ta’ Frar, 2009

Il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jikkomunika li minħabba l-previżjonijiet attwali tat-temp, il-programm tal-Karnival ta’ Għawdex, li kellu jsir illum l-Erbgħa 18 ta’ Frar 2009 qed jiġi pospost għal nhar is-Sibt 21 ta’ Frar 2009.

   

Oħrajn
 
 

kull dritt riservat: Ahbarijiet Maltin