|
Mijiet ta’ residenzi lbieraħ reġgħu spiċċaw mingħajr il-provvista tal-elettriku għall-ħabta tal-5.30 p.m., kawża ta’ ħsara teknika li seħħet f’waħda mit-turbini tal-power station ta’ Dellimara.
Fost il-lokalitajiet li spiċċaw mingħajr dawl kien hemm San Pawl, il-Mellieħa u l-Għadira, il-Mosta, iż-Żejtun, il-Fgura, Wied il-Għajn, Birżebbuġa, Tas-Sliema, Ħ’Attard, l-Imtarfa, Santa Venera, ir-Rabat u partijiet minn Għawdex. Skont kelliem għall-Korporazzjoni Enemalta, hekk kif intefa’ wieħed mit-turbini, in-xtegħlu oħrajn minfloku.
|