|
|
|
|
|
illum:
|
|
L-Aħħar aġġornament sar: 7 ta' Lulju, 2010 |
|
|
|
|
|
Jiżdiedu l-barranin b’ċittadinanza Maltija
|
|
|
Skont l-aħħar ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika Ewropew – Eurostat – matul is-sena 2008 kien hemm 640 barrani li ngħata ċ-ċittadinanza Maltija, li jfisser 90 aktar milli kienu nħarġu s-sena ta’ qabel.
Is-sena 2008 rat mhux inqas minn 696,000 persuna jiksbu ċittadinanza minn xi wieħed mis-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea meta fis-sena ta’ qabel kien hemm 707,000 persuna. L-akbar għadd ta’ ċittadini ġodda fl-2008 kienu ġejjin mill-Afrika (29%), minn pajjiżi Ewropej li ma jifformawx parti mill-UE (22%), mill-Asja (19%) kif ukoll mill-Amerika ta’ Fuq u dik t’Isfel (17%).
|
Mill-għadd totali kien hemm 8% li kienu ċittadini ta’ xi stat membru tal-UE li kisbu ċ-ċittadinanza ta’ stat membru ieħor. Għalkemm ħdejn stati memri oħrajn ferm akbar minna, l-għadd ta’ persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija huwa wieħed żgħir, bħala perċentwali dan jammonta għal aktar mill-medja fost is-27 stat membru tal-UE.
Fil-fatt, waqt li l-medja Ewropea għall-ħruġ taċ-ċittadinanza kienet ta’ 1.4 kull 1,000 abitant, l-għadd ta’ barranin li ngħataw ċittadinanza Maltija ammontaw għal 1.6 kull 1,000 abitant.
Jekk wieħed imbagħad iqabbel il-perċentwali kull 1,000 resident barrani jsib li waqt li l-medja għall-UE kienet 23, fil-każ ta’ Malta din titla’ għal 36.
Meta wieħed jieħu flimkien l-istati membri kollha tal-UE jsib ukoll li l-akbar gruppi ta’ ċittadini barranin li kisbu ċittadinanza Ewropea kienu l-Marokkini b’9.2%, it-Torok b’7.1% u l-Ekwadorjani b’3.9%.
Fil-każ ta’ Malta l-akbar grupp li ngħataw ċittadinanza Maltija kienu Awstraljani (226 persuna jew 35.1%), Ingliżi (110 persuni jew 17.1%) u Amerikani (44 persuna jew 6.8%).
|
| |
|
|
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
 |
 |
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|