It-Temp illum
 
illum:
L-Aħħar aġġornament sar: 4 ta' Gunju, 2010


Aħwa mixlijin bi traffikar ta’ droga

 

Freddie Delia ta’ 32 sena u ħuh, Roderick Delia ta’ 29 sena, it-tnejn minn Ħaż-Żabbar qed jinżammu taħt arrest preventiv wara li tressqu l-Qorti mixlijin b’pussess u traffikar ta’ droga kokaina u eroina, kif ukoll b’ħasil ta’ flus.

Jirriżulta li l-ammont li ns­tab fil-pussess tagħhom mhuwiex magħruf peress li skont sorsi qrib il-Pulizija, meta uffiċjali tal-Pulizija marru fir-residenza tagħhom biex jarrestawhom, huma rnexxielhom jidħlu fid-dar min-naħa ta’ wara u ħarqu kull evidenza.

Iżda qabel għamlu hekk, wieħed mill-aħwa allegatament ħareġ mit-tieqa u beda jipprovoka lill-Pulizija bil-borża mimlija bid-droga f’idu.

Jidher li l-aperturi kollha tar-residenza tal-aħwa Delia hija mgħammra b’kameras tas-sigurtà, it-twieqi huma magħluqin bil-ħadid waqt li fl-entratura jinżamm kelb selvaġġ tar-razza ‘pitbull’, li għamluha diffiċli ferm biex il-Pulizija jirnexxiela tidħol fid-dar. Fil-fatt, kien biss wara li l-aħwa qaflu l-kelb f’kamra oħra, li l-Pulizija setgħet tidħol fid-dar tagħhom biex tarrestahom u tagħmel it-tfittxijiet.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Jesmond J.Borg u Johann J. Fenech waqt li l-Avukati Mar­ion Camilleri u Franco Debono dehru għall-aħwa Delia.

   

Oħrajn
 
 

kull dritt riservat: Ahbarijiet Maltin