|
|
|
|
|
illum:
|
|
L-Aħħar aġġornament sar: 23 ta' Lulju, 2010 |
|
|
|
|
|
Kenn xieraq għaż-żwiemel tal-karozzini:
Il-Ministru Gatt ibiddel id-diska
|
|
|
Il-Koalizzjoni għad-Drittijiet tal-Annimali – li tiġbor fi ħdanha 21 għaqda – reġgħet saħqet li għandu jkun ipprovdut kenn xieraq u adegwat mill-qilla tax-xemx għaż-żwiemel tax-xogħol tal-karozzini, waqt li appellat lill-Ministru Austin Gatt biex iżomm kelmtu meta impenja ruħu li jibni u jħallas għal dawn l-istrutturi.
Il-Koalizzjoni fakkret fl-appell li l-Kap tal-Companion Animals & Working Equines (WSPA), Dr Hiby, kien għamel fl-20 ta’ Awwissu, 2009, lill-entitajiet kollha konċernati meta qal: “Hu imperattiv li kull struttura ġdida għandha tipprovdi kenn adegwat għaż-żwiemel tal-karozzini b’mod li ġisimhom kollu, inkluż ukoll rashom, ikun fid-dell. Daqstant ieħor għandu jkun ipprovdut l-ilma risk.”
|
Sebat ijiem wara kien wieġeb il-Ministru Gatt li ta l-assigurazzjoni tiegħu lil Dr Hiby u lill-entitajiet kollha konċernati li “l-Awtorità Maltija għat-Trasport taqbel għal kollox li jkun hemm strutturi ta’ kenn u hija lesta li tħallas hi għalihom sakemm jinstab spazju għalihom u li dawn jintużaw mis-sidien tal-karozzini”.
Sussegwentement, fit-12 ta’ Novembru, 2009, kienet saret laqgħa bejn rappreżentanti mill-World Association for Transport Animal Welfare and Studies (TAWS) u mill-Animal Rights Group ma’ uffiċjali mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u l-Uffiċjal tal-Gvern għall-Ħarsien tal-Annimali. Wara din il-laqgħa, l-uffiċjali speċjalisti mit-TAWS kienu bagħtu r-rakkomdazzjonijiet tagħhom dwar x’kellu jsir, iżda sal-lum il-ġurnata, minn dan kollu ma sar kważi xejn.
Permezz ta’ ittra datata 16 ta’ Ġunju, il-Ministru Austin Gatt kien imfakkar fl-impenn li daħal għalih u l-kelma li ta meta ddikjara li kellu jkun il-Ministeru tiegħu li kellu jara li jinbnew l-istrutturi ta’ kenn, li jħallas għalihom kif ukoll li jara li s-sidien tal-karozzini jużawhom.
|
| |
|
|
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
 |
 |
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|