It-Temp illum
 
illum:
L-Aħħar aġġornament sar: 20 ta' Awissu, 2010


Il-Parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes Paola notifikata b’ rikors ghall-hrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront taghha.

 

Illum l-uffiċjali tas-Soċjeta’ Filarmonika Lourdes Paola A.D 1977 permezz ta’ l-Avukat Omar Caruana ippreżentaw rikors ghall-hrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra r-Reverendu Kappillan Dun Christopher Galea f’ isem il-Parroċċa biex il-Parroċċa tinżamm milli torganizza l-festi esterni tal-festa titulari Madonna ta’ Lourdes inkluz is-servizzi kollha tal-baned, il-marċ ta’ filgħodu, u l-ħruġ tal-purċissjoni u l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes mill-Parroċċa ta’ Lourdes ġewwa Raħal Ġdid. Il-Qorti ordnat in-notifika ta’ dan ir-rikors u tat erbgha u ghoxrin siegha zmien biex ir-Reverendu Kappillan jirrispondi ghan-nom tal-Parrocca.

L-uffiċjali tas-Soċjeta’ Filarmonika Lourdes jsostnu illi huma talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni mill-qorti biex is-servizzi kollha programmati tal-festa titulari jinżammu peress illi l-Parroċċa konsistentament f’ dawn l-aħħar tliet snin bl-aġir tal-Kappillan li eskluda lis-Soċjeta’ mill-festa titulari ċaħħdet lis-Soċjeta’ mid-dritt tagħha li tieħu sehem fil-festa kif dejjem għamlet f’ dawn l-aħħar tletin sena kemm ilha teżisti u kisret kuntratt li ġie iffirmat fil-15 ta’ Frar 2007 liema kuntratt ġie iffirmat f’ isem il-Parroċċa mir-Reverendu Kappillan Dun Christopher Galea u minn Joseph Ellul f’ isem il-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Skond l-esponenti ta’ dan is-Soċjeta’ il-Kappillan kiser dan il-kuntratt billi naqas milli jagħti s-somma miftiehma fil-kuntratt bħala finanzjament ghas-servizzi u billi naqas mill-obbligu tiegħu li jikkonsulta mas-Soċjeta’ fuq is-servizzi tal-baned kif kien obbligat li jagħmel skond l-imsemmi kuntratt.

Skond l-esponenti tas-Soċjeta’ bl-aġir tal-Kappillan din is-sena fejn mhux talli naqas li jagħti s-somma pattwita izda aktar minnhekk għamel arranġamenti ma’ baned barranin ta’ Soċjetajiet filarmoniċi oħra mingħajr ma kkonsulta mas-Soċjeta’ kif kien obbligat li jagħmel skond il-kuntratt li ffirma l-Kappillan bl-aġir tiegħu f’ isem il-Parroċċa ippreġudika serjament id-drittijiet li s-Soċjeta’ għandha skond il-kuntratt imsemmi b’ mod speċjali id-dritt esklussiv u inaljenabbli li tagħti s-sehem tagħha permezz tal-banda bi preċendenza fuq baned barranin kif dejjem kellha sa mit-twaqqif tagħha.

Għalhekk skont l-esponenti ta’ din is-Soċjeta’ ma kien hemm l-ebda triq oħra ħlief li tipproteġi l-interessi tagħha skond il-ligi bil-mandat ta’ inibizzjoni li ġie ppreżentat illum fil-konfront tal-Parroċċa bil-ghan li l-festi esterni kollha inkluz il-ħruġ tal-purċissjoni u l-vara jinżammu milli jsiru. Kemm –il darba l-Qorti taghti ragun lis-Socjeta’ Filarmonika Lourdes u tilqa t-talba b’ mod definittiv il-festa s-sena d-diehla ma ssirx. 

 

   

Oħrajn
 
 

kull dritt riservat: Ahbarijiet Maltin