Ħafna stqarrew kif għalih il-politika kienet il-mezz biex jintlaħaq skop wieħed: kwalità tal-ħajja aħjar għall-poplu. Ħafna minn dawk li kienu jafuh bħala avukat jew bħala professur universitarju kitbu dwar l-imħabba tiegħu għal-Liġi u dwar kif kien jemmen li s-saltna tad-dritt hi li tagħmilna ħielsa. Hu kien iħobb il-ħajja u għalhekk ried li kull minuta ta’ ħajtu jkun fiha skop. Iżda fuq kollox ħabb lill-poplu.
Anki wara mewtu, aħna ċerti li jibqa’, kif dejjem ried li jkun, qrib ta’ dawk li jħobb, qrib tagħna lkoll.