It-Temp illum
 
illum:
L-Aħħar aġġornament sar: 14 ta' Gunju, 2010


Konferma oħra tal-falliment
tal-Gvern fil-qasam tal-mediċini

 

Meta fl-aħħar jiem il-Gvern ħareġ jgħid li jinsab determinat li jsib soluzzjoni dwar il-prezzijiet tal-mediċini, m’għa­mel xejn ħlief ikkonferma l-falliment tiegħu f’dan is-settur.

L-azzjoni li l-Gvern qed jgħid li jrid jieħu suppost li kellu soluzzjoni għaliha ħames snin ilu, tant li f’Aw­wissu tal-2005 kien iddikjara li sab sistema li permezz tagħha kellu jkun hemm bidla għall-aħjar fil-prezzijiet tal-mediċini.

Dan qalu fi stqarrija l-Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur, Silvio Parnis, fejn fakkar ukoll li sena wara, fl-2006, il-Gvern kien irrikonoxxa l-ilmenti tal-poplu li l-prezzijiet tal-mediċini minn Malta jinxtraw ferm ogħla mill-bqija tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u kien qal li se jesiġi fuq prezzijiet ġusti, bil-Ministru Tonio Fenech jgħid li kien lest jieħu passi deċiżivi biex jorħsu l-prezzijiet.

F’Settembru ta’ dik is-sena stess, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi min-naħa tiegħu kien iddikjara li l-ftehim li l-Gvern kien laħaq ma’ dawk kollha involuti fis-settur, kien diġà beda jwassal għal roħs fuq numru sostanzjali ta’ me­diċini.

Fil-programm elettorali tal-2008, taħt wegħda numru 132, GonziPN wiegħed li l-prezzijiet tal-mediċini kienu se jibqgħu kkontrollati u fejn hemm bżonn jorħsu.

Id-Deputat Parnis sostna li mbagħad fid-diskors tal-Baġit 2009, ġara li l-Gvern ikkonferma kemm il-ftehim qal li kien laħaq qabel l-elezzjoni, fil-verità kien falliment. Fi kliem il-Ministru Tonio Fe­nech, dan il-ftehim li kien des­kritt bħala mekkaniżmu vo­lontarju, ma kellux ir-ri­żul­tati mextieqa.

Bl-aħħar stqarrija maħ­ruġa mis-Segretarju Parlamentari għall-Kon­sumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Djalogu Pubbliku, Chris Said, ġie kkonfermat għal darba oħ­ra l-falliment tal-Gvern fis-settur tal-mediċini.

Liema falliment kien ikkonfermat ukoll mill-Unjoni Ew­ropea meta mill-istatistika miġ­bura rriżulta li fl-aħħar sena l-prezzijiet tal-mediċini għo­­lew bi tliet darbiet u nofs aktar milli għolew fil-pajjiżi membri fiż-Żona Ewro.

Agħar minn hekk, il-Gvern baqa’ ċass quddiem it-talba li saritlu biex ikun hemm roħs fuq 153 prodott mediċinali.

L-istess Gvern kien il-kawża ta’ aktar problemi f’dan is-settur meta baqa’ ma ħa l-ebda azzjoni biex jindirizza l-problema ta’ mediċini ‘out of stock’ fl-ispiżeriji tiegħu. Tant li minn tagħ­rif parlamentari jir­riżul­ta li fl-aħħar tliet snin kien ha­wn total ta’ 112-il prodott mediċinali ‘out of stock’.

Il-Kelliem tal-Oppo­żiz­zjoi saħ­aq li wara ħa­mes snin ta’ wegħdi, il-Gvern għandu jgħad­di għal azzjoni konkreta, għax il-prezzijiet dejjem jo­għ­lew tal-mediċini u n-nuqqas ta’ mediċini pprovduti mill-Istat qed joħolqu problemi soċjali u ekonomiċi serji għall-konsumaturi Maltin u Għaw­dxin.

 

   

Oħrajn
 
 

kull dritt riservat: Ahbarijiet Maltin