It-Temp illum
 
illum:
L-Aħħar aġġornament sar: 27 ta' Awissu, 2010


Aħbarijiet illum-

L-akbar inkwiet għall-Maltin huma l-enerġija u l-inflazzjoni

Mil-lat personali, l-ikbar uġigħ ta’ ras għall-maġ­ġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin hija l-inflazzjoni jew l-għoli tal-ħajja, waqt li għal ħafna aktar minn terz minnhom, l-akbar inkwiet hija l-kwistjoni tal-enerġija, speċjalment il-kontijiet dejjem jiżdiedu tad-dawl u l-ilma.

Il-Parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes Paola notifikata b’ rikors ghall-hrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront taghha.

Illum l-uffiċjali tas-Soċjeta’ Filarmonika Lourdes Paola A.D 1977 permezz ta’ l-Avukat Caruana ippreżentaw rikors ghall-hrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra r-Reverendu Kappillan Dun Christopher Galea f’ isem il-Parroċċa biex il-Parroċċa tinżamm milli torganizza l-festi esterni tal-festa titulari Madonna ta’ Lourdes inkluz is-servizzi kollha tal-baned, il-marċ ta’ filgħodu, u l-ħruġ tal-purċissjoni u l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes

Kundanna għall-kummenti li
saru mis-Segretarju Ġenerali tal-UĦM

Il-Forum Unions Maltin ikkundanna l-kummenti li ngħataw lill-ġurnal lokali bl-Ingliż mis-Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin, Gejtu Vella, meta dan fetaħ attakk fuq l-istess FOR.U.M. kif ukoll fuq il-President tiegħu u anke kontra l-mod ta’ kif qiegħed jimxi l-Gvern biex jipprova jsib soluzzjoni dwar il-formazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD).

STQARRIJA TA’ RINGRAZZJAMENT  MILL-FAMILJA DE MARCO 

Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lil dawk kollha, li pubblikament jew privatament, qasmu  magħna s-sentimenti ta’ telfa u niket wara l-mewt tal-maħbub tagħna Guido. Aħna nirringrazzjaw ukoll lill-membri tal-istampa għall-mod professjonali, dinjituż u rispettabbli li bih għamlu d-dover tagħhom.

“Messaġġi” tal-Madonna minn Għawdex:
Ġesù se jidher fuq id Angelik Caruana

Wara l-messaġġ li tat f’Borġ in-Nadur f’Birżebbuġa, fejn qa­let li fil-post se tfeġġ nixxiegħa li l-ilma tagħha jfejjaq lin-nies, qed jingħad li erbat ijiem wara l-Madonna għaddiet messaġġ ieħor minn Għawdex fejn din id-darba qalet li “wħud” se jaraw lil Binha Ġesù fuq il-pala ta’ id Anġelik Caruana, il-bniedem li qed jgħid li qed ikol­lu kuntatt magħha.

Il-Funeral Statali tal-eks-President Guido de Marco:
Tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali
… dalgħodu jsir il-korteo għall-Palazz

Filwaqt li għaddejjin it-tħej­jijiet għall-Funeral Statali tal-President Emeritus il-Professur Guido de Marco, li se jsir fil-Belt Kapitali, il-Gvern iddikjara tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali li bdew ilbieraħ u jkomplu llum, kif ukoll matul il-ġurnata tat-Tnejn meta se jkun qed jingħata l-aħħar tislima.

Stennija għall-fenomenu tad-Dmugħ ta’ San Lawrenz

Il-fenomenu tal-kwiekeb feġġejja magħrufin bħala d-Dmugħ ta’ San Lawrenz, jew xjentifikament bħala l-Persejdi, mistenni jilħaq il-qofol tiegħu fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġejjin. Dawn il-kwiekeb feġġejja jidhru kull sena f’nofs Awwissu qrib il-festa ta’ San Lawrenz.

Kenn xieraq għaż-żwiemel tal-karozzini:
Il-Ministru Gatt ibiddel id-diska

Il-Koalizzjoni għad-Dritti­jiet tal-Annimali – li tiġbor fi ħdanha 21 għaqda – reġgħet saħqet li għandu jkun ipprov­dut kenn xieraq u adegwat mill-qilla tax-xemx għaż-żwie­mel tax-xogħol tal-karozzini, waqt li appellat lill-Ministru Austin Gatt biex iżomm kel­mtu meta impenja ruħu li jibni u jħallas għal dawn l-istrutturi.

Jiżdiedu l-barranin b’ċittadinanza Maltija

Skont l-aħħar ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika Ewropew – Eurostat – matul is-sena 2008 kien hemm 640 barrani li ngħata ċ-ċittadinanza Mal­tija, li jfisser 90 aktar milli kienu nħarġu s-sena ta’ qabel.

Gonzi jiddefendi ż-żieda fil-prezz tal-gass

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ddefenda ż-żieda fil-prezz tal-gass u qal li dan il-prezz mhux ‘government induced cost’, għax iż-żieda fil-prezz riedet tkun tirrifletti l-prezz internazzjonali. Il-Prim Ministru qal dan ilbieraħ waqt li kien qed jiġi intervistat fuq Radio 101.

Ebda permess għal ristoranti f’Sant Anġlu

Talba mill-Cottonera Waterfront Group biex jibdel il-batterija tal-Forti Sant Anġlu f’ristorant ilbieraħ kienet rifjutata mill-Bord tal-MEPA. L-applikazzjoni sabet oġġezzjoni minn diversi għaqdiet fosthom il-Fondazzjoni

Il-miżuri kollha għandhom ikunu
mmirati lejn il-ġlieda ta’ kontra l-faqar:
Muscat: m’aħniex se ninqatgħu mir-realtà

Il-faqar għandu jkun trattat fuq tliet pilastri. L-ewwel li l-Gvern m’għandux ikun hu stess li jżid il-faqar bil-politika tiegħu, fosthom bil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. It-tieni pi­lastru kontra l-faqar hi l-edukazzjoni

L-uġigħ ikkawżat mis-separazzjoni tal-ġenituri…
L-importanza li t-tfal jinstemgħu

Huwa importanti li t-tfal jin­stemgħu biex jiġi evalwat x’qed jikkawża l-uġigħ li t-tfal qegħdin iġorru minħabba s-separazzjoni tal-ġenituri. Il-Kummissarju tat-Tfal, Helen D’Amato saħqet dwar l-importanza

 

Konferma oħra tal-falliment
tal-Gvern fil-qasam tal-mediċini

Mijiet ta’ residenzi lbieraħ reġgħu spiċċaw mingħajr il-provvista tal-elettriku għall-ħabta tal-5.30 p.m., kawża ta’ ħsara teknika li seħħet f’waħda mit-turbini tal-power station ta’ Dellimara.

 

Mill-ġdid bla dawl!

Mijiet ta’ residenzi lbieraħ reġgħu spiċċaw mingħajr il-provvista tal-elettriku għall-ħabta tal-5.30 p.m., kawża ta’ ħsara teknika li seħħet f’waħda mit-turbini tal-power station ta’ Dellimara.

 

Aħwa mixlijin bi traffikar ta’ droga

Freddie Delia ta’ 32 sena u ħuh, Roderick Delia ta’ 29 sena, it-tnejn minn Ħaż-Żabbar qed jinżammu taħt arrest preventiv wara li tressqu l-Qorti mixlijin b’pussess u traffikar ta’ droga kokaina u eroina, kif ukoll b’ħasil ta’ flus.

 


Oħrajn
 
 
 

kull dritt riservat: Ahbarijiet Maltin